L-infrastruttura eżistenti u ġdida għall-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi kollha se tintalab tuża pjattaforma interoperabbli li tappoġġa Protokoll ta’ Punti ta’ Ċċarġjar Miftuħa.
Peress li l-infrastruttura tal-iċċarġjar se tkun interoperabbli, utent minn ġewwa l-Ewropa jista’ sempliċiment jirreġistra mal-Operatur tal-Pilastri tal-Iċċarġjar lokali u juża s-sistema fejn tħallas skont l-użu.
Għażliet oħra li jippermettu ċċarġjar transfruntier jinkludu li wieħed jagħżel Operatur tal-Pilastri tal-Iċċarġjar li jappoġġa pjattaforma tar-roaming elettroniku jew iċċarġjar tat-tip <i>ad hoc</i>. Dawn il-metodi kollha tqiesu u ġew inklużi bħala mezz potenzjali ta’ metodi ta’ ċċarġjar li mhux neċessarjament jeħtieġu li wieħed ikollu kuntratt ma’ xi Operatur tal-Pilastri tal-Iċċarġjar (fil-każ ta’ ċċarġjar <i>ad hoc</i>). Ir-rati jistgħu jvarjaw.