L-investituri privati li jixtiequ jinvestu fil-pilastri tal-iċċarġjar pubbliċi, dalwaqt se jkollhom l-għażla li japplikaw għal liċenzja ta’ Operatur tal-Pilastri tal-Iċċarġjar (CPO) mar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-ilma (REWS) li se jagħtihom il-kapaċità li jiftħu l-infrastruttura tagħhom għall-pubbliku ġenerali. In-negozji interessati għandhom jikkuntattjaw lil REWS fuq [email protected] jew lill-Ministeru għall-Enerġija fuq [email protected] bit-talba tagħhom.