Charge my Ride2024-06-30T18:45:05+02:00

Kalkulatur tas-CO2

Tipi ta’ Ċarġers

EFAPOWER EV – L-istazzjonijiet tal-Iċċarġjar Pubbliċi jistgħu jiċċarġjaw il-vetturi elettriċi kollha li huma konformi mal-istandards tas-sistema tal-iċċarġjar AC (Kurrent Alternat). Il-pilastru tal-iċċarġjar AC b’veloċità Medja jeħtieġ provvista trifażi li tista’ twassal l-elettriku bi produzzjoni massima tal-enerġija ta’ bejn 7.4 kW ≤ P ≤ 22 kW.

Il-pilastru tal-iċċarġjar AC Veloċi, jeħtieġ ukoll provvista trifażi, li twassal l-elettriku bi produzzjoni massima tal-enerġija, P > 22 kW. Iż-żewġ ċarġers għall-vetturi elettriċi tal-kategorija L ta’ aktar minn 3.7 kW huma mgħammra, għal skopijiet ta’ interoperabbiltà, b’2 sokits jew b’konnetturi tal-vetturi tat-Tip 2 kif deskritt fl-istandard EN 2-62196.

Stazzjonijiet tal-Iċċarġjar

Tariffi

Pakketti E-Drive Qabbad u Ċċarġja (E-Drive Plug ‘n’ Charge)

Rati tal-E-Drive Standard għall-pilastri tal-iċċarġjar Medji Rati tal-E-Drive Veloċi għall-pilastri tal-iċċarġjar Veloċi
Sigħat bl-inqas użu: €0.1698/unità Sigħat bl-inqas użu: €0.1798/unità
Sigħat bl-akbar użu: €0.1885/unità Sigħat bl-akbar użu: €0.1985/unità

Sigħat bl-inqas użu: Bejn 00:00am u s-05:59am u bejn 12:00pm u l-15:59pm, u l-ġurnata kollha tal-Ħadd (jiġifieri bejn 00:00am u 23:59pm)

Mistoqsijiet Frekwenti

1. Għaliex għandi nirreġistra u x’inhu l-proċess ta’ reġistrazzjoni ma’ Charge My Ride?2021-09-28T16:06:17+02:00

Permezz tal-Applikazzjoni Mobbli ta’ Charge My Ride, l-utenti jridu jirreġistraw il-kont tagħhom sabiex jirnexxilhom jiċċarġjaw il-vettura elettrika tagħhom f’waħda mill-infrastrutturi tal-iċċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku f’Malta. Din ir-reġistrazzjoni se tiffaċilita l-proċess ta’ pagament għall-utent u tippermetti lis-sistema tinnotifika lill-utent bi kwalunkwe aġġornament jew aħbar.

2. Kif nista’ naċċessa l-mappa biż-żoni tas-servizz?2021-09-28T16:11:17+02:00

L-applikazzjoni Charge my Ride u l-mappa tal-istazzjonijiet interattivi indikata fuq dan is-sit web juru ż-żoni fejn hemm disponibbli pilastri tal-iċċarġjar attivi u aċċessibbli għall-pubbliku madwar Malta u Għawdex. Kull min irreġistra l-kont tiegħu fuq l-applikazzjoni Charge My Ride se jkun jista’ jaċċessa dawn il-pilastri tal-iċċarġjar kollha.

3. Għandi xi diffikultajiet bil-kont/pilastru tal-iċċarġjar li qed nuża. Kif nista’ nirrapporta?2021-09-28T16:11:36+02:00

Inti tista’ tikkuntattjana fuq il-helpline 2779 9299 li hija disponibbli 24 siegħa kuljum. Il-proċess huwa l-istess meta jkun hemm ħsara fuq pilastru tal-iċċarġjar partikolari.

4. Kemm neħel jekk inħalli l-vettura elettrika tiegħi fil-post ta’ parkeġġ ladarba din tkun iċċarġjat kompletament? Xi ngħidu għall-vetturi konvenzjonali li jipparkjaw f’post ta’ parkeġġ tal-iċċarġjar?2021-09-28T16:12:01+02:00

Il-pjan tal-Gvern huwa li jibgħat notifiki awtomatiċi lis-sewwieq ladarba l-vettura elettrika tkun 80% iċċarġjata kif ukoll meta tkun iċċarġjata kompletament biex b’hekk is-sewwieq ikollu biżżejjed ħin ħalli jkun jista’ jneħħi l-vettura tiegħu.

 

5. X’inhuma t-tariffi tal-iċċarġjar?2021-09-28T16:12:40+02:00

L-infrastruttura pubblika tal-iċċarġjar kollha ta’ Charge My Ride timxi mat-tariffi li jinsabu fuq https://chargemyride.mt/mt/#tariffi

6. It-turisti li jżuru Malta kif jistgħu jiċċarġjaw il-vettura elettrika tagħhom?2021-09-28T16:13:19+02:00

L-infrastruttura eżistenti u ġdida għall-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi kollha se tintalab tuża pjattaforma interoperabbli li tappoġġa Protokoll ta’ Punti ta’ Ċċarġjar Miftuħa.

Peress li l-infrastruttura tal-iċċarġjar se tkun interoperabbli, utent minn ġewwa l-Ewropa jista’ sempliċiment jirreġistra mal-Operatur tal-Pilastri tal-Iċċarġjar lokali u juża s-sistema fejn tħallas skont l-użu.

Għażliet oħra li jippermettu ċċarġjar transfruntier jinkludu li wieħed jagħżel Operatur tal-Pilastri tal-Iċċarġjar li jappoġġa pjattaforma tar-roaming elettroniku jew iċċarġjar tat-tip <i>ad hoc</i>. Dawn il-metodi kollha tqiesu u ġew inklużi bħala mezz potenzjali ta’ metodi ta’ ċċarġjar li mhux neċessarjament jeħtieġu li wieħed ikollu kuntratt ma’ xi Operatur tal-Pilastri tal-Iċċarġjar (fil-każ ta’ ċċarġjar <i>ad hoc</i>). Ir-rati jistgħu jvarjaw.

7. Kemm hemm bżonn enerġija biex niċċarġja l-vettura tiegħi?2021-09-28T16:14:00+02:00

L-ammont ta’ elettriku użat jiddependi minn kemm tintuża l-vettura. Hemm żewġ tipi ta’ pilastri tal-iċċarġjar, wieħed huwa ċ-ċarġer Medju u jieħu madwar 6 sigħat biex jiċċarġja karozza, u l-ieħor huwa ċ-ċarġer Veloċi li jieħu inqas minn siegħa (1) biex jiċċarġja karozza. Iċ-ċarġers Veloċi jeħtieġu provvista ta’ 200A filwaqt dawk medji-veloċi jeħtieġu provvista trifażi (60Amp). Biex nagħtu eżempju prattiku, biex tiċċarġja kompletament vettura matul il-lejl trid tħallas €1, u dan jikkonsma madwar 7 unitajiet u nofs u tkun tista’ tuża l-vettura għal 30 km l-għada. Din hija biss medja u l-prezz jiddependi wkoll mill-mudell tal-karozza.

8. X’inhi d-differenza bejn pilastru tal-iċċarġjar pubbliku u punt tal-iċċarġjar pubbliku? Kemm tieħu ħin vettura biex tiġi ċċarġjata?2021-09-28T16:23:01+02:00

Il-pilastru tal-iċċarġjar huwa l-pilastru fiżiku proprju filwaqt li l-punt tal-iċċarġjar huwa parti mill-pilastru tal-iċċarġjar. Fil-prattika, pilastru tal-iċċarġjar wieħed jista’ jikkonsisti f’żewġ punti tal-iċċarġjar.

Bħala regola ġenerali, il-ħin meħud biex il-batterija tiġi ċċarġjata jiddependi ħafna mill-pakkett tal-batterija tal-vettura u t-teknoloġija użata fil-vettura kif ukoll mit-tip ta’ infrastruttura tal-iċċarġjar li tuża. Madankollu, l-iċċarġjar fis-sigħat tal-inqas użu jkun biżżejjed biex ikopri l-ħtiġijiet tal-ivvjaġġar ta’ kuljum ta’ utent normali.

9. Kif nista’ nkun naf jekk pilastru tal-iċċarġjar pubbliku huwiex qed jintuża?2021-09-28T16:23:34+02:00

Tali informazzjoni tista’ tiġi aċċessata mill-applikazzjoni mobbli.

10. Bħala sid ta’ negozju, jien interessat li ninvesti fl-infrastruttura tal-iċċarġjar pubblika. Kif nista’ nikseb aktar informazzjoni?2021-10-18T13:47:45+02:00

L-investituri privati li jixtiequ jinvestu fil-pilastri tal-iċċarġjar pubbliċi, dalwaqt se jkollhom l-għażla li japplikaw għal liċenzja ta’ Operatur tal-Pilastri tal-Iċċarġjar (CPO) mar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-ilma (REWS) li se jagħtihom il-kapaċità li jiftħu l-infrastruttura tagħhom għall-pubbliku ġenerali. In-negozji interessati għandhom jikkuntattjaw lil REWS fuq [email protected] jew lill-Ministeru għall-Enerġija fuq [email protected] bit-talba tagħhom.

Ikkuntattjana

+356 2779 9299


    Go to Top