L-ammont ta’ elettriku użat jiddependi minn kemm tintuża l-vettura. Hemm żewġ tipi ta’ pilastri tal-iċċarġjar, wieħed huwa ċ-ċarġer Medju u jieħu madwar 6 sigħat biex jiċċarġja karozza, u l-ieħor huwa ċ-ċarġer Veloċi li jieħu inqas minn siegħa (1) biex jiċċarġja karozza. Iċ-ċarġers Veloċi jeħtieġu provvista ta’ 200A filwaqt dawk medji-veloċi jeħtieġu provvista trifażi (60Amp). Biex nagħtu eżempju prattiku, biex tiċċarġja kompletament vettura matul il-lejl trid tħallas €1, u dan jikkonsma madwar 7 unitajiet u nofs u tkun tista’ tuża l-vettura għal 30 km l-għada. Din hija biss medja u l-prezz jiddependi wkoll mill-mudell tal-karozza.