Jekk jogħġbok kun af li l-Pilastri tal-Iċċarġjar li ġejjin bħalissa mhux qed jaħdmu. Niskużaw ruħna għal kwalunkwe inkonvenjent li dan jista’ jikkawża. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lis-servizz tal-klijenti tagħna 24 siegħa kuljum fuq +356 2779 9299

Il-Pilastri tal-Iċċarġjar li mhux qed jaħdmu

  • Il-pilastru tal-iċċarġjar medju-veloċi fi Triq il-Mitħna tal-Qaret fiż-Żurrieq bħalissa mhux qed jaħdmu minħabba ħsara.
  • Minħabba x-xogħlijiet infrastrutturali tat-telekomunikazzjonijiet li qed jitwettqu fiż-żona tal-Manikata, il-Pilastru tal-Iċċarġjar b’veloċità medja-rapida fi Triq il-Mellieħa, Manikata jista’ jkun temporanjament mhux disponibbli.. Dan ix-xogħol infrastrutturali huwa stmat li jitlesta sal-aħħar ta’ Settembru.

Jekk jogħġbok kun af li ġew ikkummissjonati l-Pilastri tal-Iċċarġjar li ġejjin, u li issa dawn qed jaħdmu kompletament. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lis-servizz tal-klijenti tagħna 24 siegħa kuljum fuq +356 2779 9299

Pilastri tal-Iċċarġjar Ġodda

  • Mit-2 ta’ Ġunju 2022, il-pilastru tal-iċċarġjar veloci fiż-Żona tal-Parkeġġ (faċċata ta’ Zara), Xatt tas-Sliema f’Tas-Sliema se jkun qed jaħdem kompletament.
  • Mis-6 ta’ Ġunju 2022, il-pilastru tal-iċċarġjar medju-veloċi fi Triq il-Madonna tar-Rummiena fix-Xewkija, Għawdex se jkun qed jaħdem kompletament.
  • Mid-9 ta’ Ġunju 2022, il-pilastru tal-iċċarġjar medju-veloċi fi Triq it-Tiġrija fin-Nadur, Għawdex se jkun qed jaħdem kompletament.
  • Mit-12 ta’ Lulju 2022, il-pilastru tal-iċċarġjar medju-veloċi fi Triq San Bastjan fil-Belt se jkun qed jaħdem kompletament.

Aġġornamenti oħra

  • Il-pilastru tal-iċċarġjar medju-veloċi fi Triq l-Oniċi (Ta’ Sagħtrija) f’Ħaż-Żebbuġ, Għawdex reġa’ qed jaħdem.
  • Il-pilastru tal-iċċarġjar medju-fast fi Triq l-Għoljiet c/w Triq l-Etna fil-Mellieħa reġa’ qed jaħdem.
  • Il-pilastru tal-iċċarġjar medju-veloċi fi Triq il-Knisja (Pjazza l-Assunta) f’Ħaż-Żebbuġ, Għawdex reġa’ qed jaħdem.