Vettura b’Magna ta’ Kombustjoni Interna (ICE) tradizzjonali pparkjata fi spazju tal-iċċarġjar fi kwalunkwe ħin, jew vettura elettrika li titħalla fi spazju tal-iċċarġjar għal aktar mit-30 minuta permessi wara t-tmiem tal-iċċarġjar (bejn is-7:00 am u l-10:00 pm), qed tikser ir-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur (S.L.65.11) li jirregolaw l-użu tal-ispazji tal-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi. Il-multa għal din l-infrazzjoni hija ta’ EUR 233.